20.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 327/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-VAT and Duties Tribunals, Londra (Ir-Renju Unit) fid-29 ta' Settembru 2008 — FG Wilson (Engineering) Ltd, Caterpillar EPG Ltd vs The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs
(Kawża C-431/08)
(2008/C 327/23)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Qorti tar-rinviju
VAT and Duties Tribunals, Londra (fuq talba minn Northern Ireland Tribunal Centre)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: FG Wilson (Engineering) Ltd, Caterpillar EPG Ltd.
Konvenut: The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs
Domandi preliminari
1)
Il-merkanzija f'din il-kawża ġiet imneħħija kontra l-liġi mis-sorveljanza doganali skont it-tifsira tal-Artikolu 203(1) tal-Kodiċi (1), permezz tal-Artikolu 865 RI (2)?
2)
F'dan il-każ, kien b'hekk ġie inkors dejn doganali fuq l-importazzjoni taħt l-Artikolu 203 tal-Kodiċi?
3)
Jekk ir-risposti għad-domandi 1 u 2 huma fl-affermattiv, il-Kodiċi, u b'mod partikolari l-Artikolu 78(3), jippermetti reviżjoni tad-dikjarazzjoni sabiex ikun korrett il-Kodiċi tal-Proċedura Doganali (KPD) u jekk iva, HMRC huma meħtieġa jemendaw id-dikjarazzjoni u jirregolarizzaw is-sitwazzjoni?
4)
Jekk ma jistax ikun hemm regolarizzazzjoni taħt l-Artikolu 78 tal-Kodiċi u fid-dawl tal-fatt li kien hemm dejn doganali taħt l-Artikolu 203 tal-Kodiċi u tal-fatt li mhuwiex ikkontestat li kien hemm sitwazzjoni speċjali kif prevista mill-Artikolu 899 RI, fiċ-ċirkostanzi u fid-dawl tal-konstatazzjonijiet li jsegwu kien possibbli għat-Tribunal jikkonkludi li ma kien hemm l-ebda negliġenza ovvja preżenti, b'tali mod li d-dejn doganali jkollu jitħallas lura taħt l-Artikolu 239 tal-Kodiċi u t-talba għad-dejn doganali tiġi rtirata? B'mod partikolari, meta jikkunsidraw jekk kienx hemm negliġenza ovvja min-naħa tal-kummerċjant ikkonċernat, l-awtoritajiet kompetenti huma intitolati jieħdu kont tal-fatt li n-nuqqas tal-awtorità fiskali mid-dover tagħha ta' premura u ġestjoni kkontribwixxa għall-iżbalji li wasslu għad-dejn doganali?
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità ĠU L 302, p. 1.
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju ĠU L 253, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy