6.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 313/17
Appell ippreżentat fl-1 ta' Ottubru 2008 minn Luigi Marcuccio mis-sentenza mogħtija fid-9 ta' Lulju 2008 fil-kawżi magħquda T-296/05 u T-408/05, Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-432/08 P)
(2008/C 313/25)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Appellant: Luigi Marcuccio (rappreżentant: G. Cipressa, avvocato)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tal-appellant
—
1. F'kull każ:
(1.a)
tannulla s-sentenza appellata in toto;
(1.b)
tiddikjara li l-appelli inkwistjoni huma perfettament ammissibbli;
u barra minn hekk:
—
2/A. prinċipalment tilqa' t-talbiet tar-rikorrent fl-ewwel istanza, jiġifieri: (2/A.1.) tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati; (2/A.2) tannulla, safejn meħtieġ, iż-żewġ deċiżjonijiet ta' ċaħda tal-ilmenti inkwistjoni; (2/A.3) tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas lura tal-ispejjeż mediċi kollha sostnuti mill-appellant imsemmija fit-talbiet inkwistjoni sabiex jinkiseb il-ħlas lura ta' 100 % tal-ispejjeż, bħala kumpens għad-dannu kkawżat mill-imġieba illegali tal-appellata, li jammontaw, rispettivament, għal EUR 2 572,32 (jiġifieri EUR elfejn u ħames mija u tnejn u sebgħin, 32ċ) u EUR 381,04 (jiġifieri EUR tliet mija u wieħed u tmenin, 04ċ), jew dik is-somma ikbar jew iżgħar li din il-Qorti jidrilha li huwa ġust u ekwu; (2/A.4) tikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrenti l-interessi għad-dewmien ta' ħlas fuq is-somom imsemmija preċedentement fil-punt 2/A.3 ta' dan l-appell, f'dan il-każ bil-kapitalizzazzjoni, bid-dies a quo u d-dies a quem li għandhom jiġu ddeterminati skont l-atti tal-kawżi inkwistjoni; (2/A.5) tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas lura favur l-appellant tal-ispejjeż kollha tal-kawża sostnuti minn dawn tal-aħħar, relatati ma' dan ir-rikors għal appell u l-kawżi l-oħra inkwistjoni;
—
2 B. sussidjarjament, terġa' tibgħat il-kawżi inkwistjoni quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex din terġa' tiddeċiedi fuq il-mertu fir-rigward tat-tnejn li huma.
Aggravji u argumenti prinċipali
Żnaturament u distorsjoni tal-fatti kif ukoll tal-affermazzjonijiet tal-appellant fir-replika tiegħu, minħabba l-ineżattezza materjali tal-istħarriġ imwettaq mill-Qorti tal-Prim'Istanza (b'mod partikolari l-punti 30, 44, 46 u 49 tas-sentenza appellata).
Interpretazzjoni u applikazzjoni falza u żbaljata tal-kunċett ta' att li jista' jiġi kkontestat, anki minħabba konfużjoni, nuqqas ta' motivazzjoni, nuqqas ta' loġika, ksur tal-Artikolu 231 tat-Trattat KE u twarrib tal-ġurisprudenza relatata mal-effetti tal-annullament, min-naħa tal-Qorti Komunitarja, ta' deċiżjoni li toriġina minn istituzzjoni Komunitarja, ksur tal-prinċipju tal-awtorità tar-res iudicata, ksur tal-prinċipju tas-separazzjoni tal-poteri (b'mod partikolari l-punti 43, 44 u 49 tas-sentenza appellata).
Nuqqas assolut ta' miżuri istruttorji u nuqqas ta' deċiżjoni fir-rigward ta' punt fundamentali tal-kawża (b'mod partikolari l-punt 12 u l-punti 43 sa 51, inklużivament, tas-sentenza appellata).
Full & Egal Universal Law Academy