6.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 313/19
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Brussel (il-Belġju) fis-6 ta' Ottubru 2008 — VZW Vlaamse federatie van verenigingen van Brood- en Bankerbakkers, IJsbereiders en Chocoladebewerkers “VEBIC” vs Raad voor de Mededinging u Minister van Economie
(Kawża C-439/08)
(2008/C 313/28)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van beroep te Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: VZW Vlaamse federatie van verenigingen van Brood- en Bankerbakkers, IJsbereiders en Chocoladebewerkers “VEBIC”
Konvenut: Raad voor de Mededinging Minister van Economie
Domandi preliminari
1)
L-Artikoli 2, 15(3) u 35(1) (1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta' Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni għandhom direttament il-possibbiltà li jippreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub fuq il-motivi ssollevati f'rikors kontra d-deċiżjoni tagħhom kif ukoll li huma stess jistgħu jippreżentaw motivi, b'mod li din il-possibbiltà ma tistax tiġi rtirata minn Stat Membru?
2)
Dawn l-istess dispożizzjonijiet għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-applikazzjoni effettiva tar-regoli tal-kompetizzjoni sabiex jiġi protett l-interess ġenerali tirrikjedi li l-awtoritajiet pubbliċi ta' sorveljanza, maħtura bħala awtoritajiet tal-kompetizzjoni, ma jkollhomx biss il-possibbiltà iżda wkoll l-obbligu li jieħdu sehem fi proċediuri ta' rikors kontra d-deċiżjonijiet tagħhom billi jesprimu l-pożizzjoni tagħhom fuq il-motivi ta' fatt u ta' dritt ssollevati?
3)
Jekk ir-risposta għad-domandi 1 u 2 tkun affermattiva, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fin-nuqqas ta' dispożizzjonijiet interni dwar il-parteċipazzjoni tal-awtorità tal-kompetizzjoni għall-proċeduri quddiem l-istanza tar-rikors u, fil-każ fejn jiġu maħtura awtortajiet differenti, l-awtorità kompetenti sabiex tieħu d-deċiżjonijiet elenkati fl-Artikolu 5 tar-Regolament tkun ukoll dik li tipparteċipa fil-proċedura ta' rikors kontra d-deċiżjoni tagħha?
4)
Ir-risposta għad-domandi preċedenti tkun differenti fil-każ fejn l-awtorità tal-kompetizzjoni taġixxi, skont il-liġi interna, bħala qorti u/jew fil-każ fejn id-deċiżjoni finali tittieħed wara investigazzjoni mwettqa minn entità, li tagħmel parti minn din il-qorti, inkarigata biex tistabbilixxi l-ilmenti u tressaq abbozz ta' deċiżjoni?
(1) ĠU 2003 L 1, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy