20.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 327/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (l-Olanda) fis-6 ta' Ottubru 2008 — F. Gielen vs Staatssecretaris van Financiën (Segretarju tal-Istat għall-Finanzi)
(Kawża C-440/08)
(2008/C 327/24)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden (l-Olanda)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: F. Gielen
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën (Segretarju tal-Istat għall-Finanzi)
Domandi preliminari
L-Artikolu 43 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-applikazzjoni ta' dispożizzjoni tal-leġiżlazzjoni fiskali ta' Stat Membru fuq il-profitt li ċittadin ta' Stat Membru ieħor (persuna taxxabbli barranija) għamel minn parti tal-impriża tiegħu stabbilita fl-ewwel Stat Membru jekk, meta tiġi interpretata b'ċertu mod, din id-dispożizzjoni toħloq effettivament diskriminazzjoni kuntrarja fiha nfisha għall-Artikolu 43 KE bejn il-persuni taxxabbli nazzjonali u l-persuni taxxabbli barranin, iżda l-persuna taxxabbli barranija kellha l-possibbiltà tagħżel bejn li tiġi ttrattata bħala persuna taxxabbli nazzjonali u, minħabba raġunjiet personali, ma għamlitx użu minn din il-possibbiltà?
Full & Egal Universal Law Academy