20.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 327/15
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (Repubblika tal-Polonja), fis-7 ta' Ottubru 2008 — Elektrownia Pątnów II sp. z o. o. vs Dyrektor Izby Skarbowej w Poznaniu
(Kawża C-441/08)
(2008/C 327/25)
Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Elektrownia Pątnów II sp. z o. o.
Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Poznaniu
Domandi preliminari
Id-dritt Komunitarju (b'mod partikolari d-Direttiva 69/335/KEE) (1) jobbliga lill-amministrazzjoni fiskali, meta tissuġġetta żieda fil-kapital għad-dazju kapitali, li tieħu inkunsiderazzjoni l-operazzjonijiet li jirrigwardaw l-istess kontribuzzjoni u li kienu s-suġġett ta' dazju kapitali qabel l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Polonja fl-Unjoni Ewropea?
B'mod partikolari, il-mekkaniżmu previst fit-tieni inċiż tal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 69/335/KEE japplika fil-każ fejn il-konverżjoni f'ishma ta' self mogħti lill-kumpannija b'kapital azzjonarju, kif ipprovdut fl-Artikolu 4(2)(ċ) tad-Direttiva, isseħħ wara l-adeżjoni, iżda fejn dan is-self kien diġà suġġett qabel, fuq il-bażi tal-leġizzlazzjoni nazzjonali fis-seħħ sad-data tal-adeżjoni, għal taxxa skont il-prinċipji ddefiniti fil-liġi Pollakka dwar it-taxxi fuq l-atti ta' dritt ċivili?
(1) ĠU 1969, L 249, p. 25.
Full & Egal Universal Law Academy