10.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het bedrijfsleven (L-Olanda) fit-13 ta' Ottubru 2008 — G. Elbertsen vs Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit
(Kawża C-449/08)
(2009/C 6/19)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
College van Beroep voor het bedrijfsleven
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: G. Elbertsen
Konvenut: Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit.
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 42(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta' Settembru 2003 (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tagħti marġni ta' diskrezzjoni lil Stat Membru sabiex ikun jista' jistabbilixxi l-ammont ta' referenza għal EUR 0, u ma jagħti ebda dritt għal ħlas mir-riżerva nazzjonali lil bidwi li jinsab f'sitwazzjoni partikolari bħal dik deskritta fl-Artikolu 21 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2004, tal-21 ta' April 2004 (2)?
2)
Jekk ir-risposta li tingħata għall-ewwel domanda tkun affermattiva, id-dritt Komunitarju jipprekludi l-applikazzjoni ta' dispożizzjoni bħall-Artikolu 17(1)(b) tar-Regeling GLB-inkomenssteun 2006 li permezz tiegħu ammont ta' EUR 500 huwa mnaqqas miż-żieda tal-ammont tal-pagamenti supplementari li jirriżultaw minn investiment fil-kapaċità ta' produzzjoni jew xiri ta' artijiet, qabel ma jiġi stabbilit l-ammont ta' referenza li abbażi tiegħu jingħataw drittijiet għall-pagament maħruġa mir-riżerva nazzjonali?
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta' Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta' appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU 2003 L 270, p. 1).
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2004, tal-21 ta' April 2004, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta' ħlas waħdieni li hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal sistemi ta' sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' sostenn għall-bdiewa (ĠU 2004 L 141, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy