21.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 69/16
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Tübingen (il-Ġermanja) fil-15 ta' Ottubru 2008 — FGK Gesellschaft für Antriebsmechanik mbH vs Notar Gerhard Schwenkel
(Kawża C-450/08)
(2009/C 69/28)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Tübingen (il-Ġermanja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: FGK Gesellschaft für Antriebsmechanik mbH
Konvenut: Notar Gerhard Schwenkel
Parti oħra fil-kawża: Il-President tal-Landgerich Tübingen
Domanda preliminari
1)
Id-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta' Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (1) (kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 85/303/KE, tal-10 ta' Ġunju 1985) għandha tiġi interpretata fis-sens li d-drittijiet mitluba min-nutar uffiċjal fis-servizz ċivili għat-tfassil ta' att relatat ma' operazzjoni li taqa' taħt id-Direttiva 69/335 għandhom jiġu kkunsidrati bħala taxxa fis-sens ta' din id-direttiva meta d-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli jipprovdu, minn naħa, li l-funzjonijiet ta' nutar jistgħu jiġu eżerċitati wkoll minn uffiċjali fis-servizz ċivili li jkunu huma stess il-kredituri tad-drittijiet dovuti lilhom fir-rigward tal-attivitajiet tagħhom, u, min-naħa l-oħra, li ebda parti mid-drittijiet dovuti fir-rigward tat-tfassil ta' att relatat ma' operazzjoni li taqa' taħt id-Direttiva ma titħallas lill-Istat permezz ta' ċessjoni ta' portata ġenerali?
(1) ĠU L 249, p. 25.
Full & Egal Universal Law Academy