20.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 327/18
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis epikrateias (il-Greċja) fis-17 ta' Ottubru 2008 — Panagiotis Ioannis Karanikolas, Valsamis Daravanis, Georgios Kouvoukliotis, Panagiotis Ntolou, Dimitrios Z. Parisis, Konstantinos Emmanouil, Ioannis Anasoglou, Pantelis A. Beis, Dimitrios Chatziandreou, Ioannis A. Zaragkoulias, Triantafyllos K. Mavrogiannis, Sotirios Th. Liotakis, Vasileios Karampasis, Dimitrios Melissidis, Ioannis V. Kleovoulos, Dimitrios I. Patsakos, Theodoros Fournarakis, Dimitrios K. Dimitrakopoulos u Synetairismos Paraktion Alieon Kavalas vs Ypourgos Agrotikis Anaptyxis kai Trofimon u Nomarchiaki Aftodioikisi Dramas-Kavalas-Xanthis
(Kawża C-453/08)
(2008/C 327/30)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Symvoulio tis epikrateias (il-Greċja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Panagiotis I. Karanikolas, Valsamis Daravanis, Georgios Kouvoukliootis, Panagiotis Ntolou, Dimitrios Z. Parisis, Konstantinos Emmanouil, Ioannis Anasoglou, Pantelis A. Beis, Dimitrios Chatziandreou, Ioannis A. Zaragkoulias, Triantafyllos K. Mavrogiannis, Sotirios Th. Liotakis, Vasileios Karampasis, Dimitrios Melissidis, Ioannis V. Kleovoulos, Dimitrios I. Patsakos, Theodoros Fournarakis, Dimitrios K. Dimitrakopoulos u Synetairismos Paraktion Alieon Kavalas.
Konvenuti: Ypourgos Agrotikis Anaptyxis kai Trofimon u Nomarchiaki Aftodioikisi Dramas-Kavalas-Xanthis.
Intervenjenti: Alieftikos Agrotikos Sinetairismos gri-gri nomou Kavalas “Makedonia” u Panellinia Enosi Plioktiton Mesis Aliias (P.E.P.M.A.)
Domandi preliminari
1)
Skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1626/94, Stat Membru, jista' jadotta miżuri supplementari li jikkonsistu fil-projbizzjoni assoluta ta' attrezzar tas-sajd, li l-użu tiegħu, fil-prinċipju, huwa awtorizzat skont id-dispożizzjonijiet tal-imsemmi regolament?
2)
Skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1626/1994, fiż-żona marittima ta' Stat Membru b'kosta fil-mediterran, jista' jintuża attrezzar tas-sajd mhux inkluż fost dak li hu indikat bħala, fil-prinċipju, ipprojbit fl-Artikoli 2(3) u 3(1) u (1a ) ta' dan ir-regolament u li l-użu tiegħu kien ġie pprojbit qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-regolament minn dispożizzjoni nazzjonali?
Full & Egal Universal Law Academy