20.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 327/19
Rikors ippreżentat fil-21 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-460/08)
(2008/C 327/32)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Rozet u D. Triantafyllou)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika
Talbiet tar-rikorrenti
—
tikkonstata li, billi żammet fis-seħħ fil-leġiżlazzjoni tagħha r-rekwiżit taċ-ċittadinanza Griega għall-aċċess għall-impjiegi ta' kaptan u ta' assistent uffiċjal sekond fuq il-bastimenti kollha li jtajjru bandiera Griega, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 39 KE;
—
tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Nuqqas ta' kompetenza skont l-Artikolu 39(4) fid-dawl tal-fatt li tali prerogattivi tas-setgħa pubblika ma kinux effettivament eżerċitati abitwalment mill-kaptani u mill-assitenti uffiċjali sekondi.
Full & Egal Universal Law Academy