24.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 19/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberverwaltungsgericht Berlin-Brandenburg (il-Ġermanja) fis-27 ta' Ottubru 2008 — Ümit Bekleyen vs Land Berlin
(Kawża C-462/08)
(2009/C 19/20)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberverwaltungsgericht Berlin-Brandenburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ümit Bekleyen
Konvenut: Land Berlin
Domandi preliminari
It-tieni paragrafu tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Ftehim tal-Assoċjazzjoni KEE-Turkija dwar l-iżvilupp tal-Assoċjazzjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dritt tal-aċċess għas-suq tax-xogħol u d-dritt korrispondenti ta' residenza wara l-ikkompletar ta' kors ta' taħriġ vokazzjonali fl-Istat Membru ospitanti, jista' wkoll jiġi invokat f'sitwazzjoni fejn wild li twieled fl-Istat Membru ospitanti, u li wara mar lura mal-familja tiegħu fil-pajjiż ta' oriġini tal-familja tiegħu, jerġa' lura waħdu fl-Istat Membru kkonċernat, wara li jkun laħaq l-età maġġuri, sabiex jibda kors ta' taħriġ vokazzjonali, u dan wara għaxar snin minn meta l-ġenituri tiegħu, ċittadini Torok li kienu impjegati f'dak l-Istat Membru, kienu telqu definittivament minn dak l-Istat Membru?
Full & Egal Universal Law Academy