20.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 327/20
Rikors ippreżentat fis-27 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja
(Kawża C-463/08)
(2008/C 327/33)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Støvlbæk u M.A. Rabanal Suárez, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja
Talbiet
—
tiddikjara li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/36/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta' Kwalifiki Professjonali, jew, f'kull każ, li ma kkomunikax dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
—
tikkundanna lir-Renju ta' Spanja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu ta' traspożizzjoni ta' din id-direttiva fis-sistema legali interna skada fl-20 ta' Ottubru 2007.
(1) ĠU L 225, p. 22.
Full & Egal Universal Law Academy