20.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 327/20
Rikors ippreżentat fis-27 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Estonja
(Kawża C-464/08)
(2008/C 327/34)
Lingwa tal-kawża: L-Estonjan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: K. Simonsson u K. Saaremäel-Stoilov)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Estonja
Talbiet tar-rikorrenti
—
tikkonstata illi, billi m'adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2005/65/KE (1) (dwar it-titjib tas-sigurtà fil-portijiet) u, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet hekk adottati, ir-Repubblika tal-Estonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Estonja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fil-15 ta' Ġunju 2007.
(1) ĠU L 310, p. 28.
Full & Egal Universal Law Academy