10.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/14
Rikors ippreżentat fit-30 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-468/08)
(2009/C 6/22)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Støvlbæk u V. Peere, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża
Talbiet
—
tikkonstata li billi naqset milli tadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma mad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta' Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta' Kwalifiki Professjonali (1) u, fi kwalunkwe każ, billi naqset milli tinnotifikahom lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/36/KE skada fl-20 ta' Ottubru 2007. Issa, fid-data tal-preżentata ta' dan ir-rikors, il-konvenuta kienet għadha ma adottatx il-miżuri kollha neċessarji għat-traspożizzjoni tad-direttiva jew, fi kwalunkwe każ, hija ma kinitx innotifikathom lill-Kummissjoni.
(1) ĠU L 255, p. 22.
Full & Egal Universal Law Academy