24.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 19/13
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Helsingin käräjäoikeus (Il-Finlandja) fl-4 ta' Novembru 2008 — Sanna Maria Parvianen vs Finnair Oyj
(Kawża C-471/08)
(2009/C 19/22)
Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Helsingin käräjäoikeus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sanna Maria Parvianen
Konvenuta: Finnair Oyj
Domanda preliminari
L-Artikolu 11(1) tad-Direttiva dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema nisa tqal (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, fuq il-bażi ta' din id-direttiva, ħaddiema li, minħabba tqala, ġiet trasferita f'pożizzjoni fejn tagħmel xogħol li jitħallas inqas, għandha titħallas l-istess kif kienet titħallas bħala medja qabel it-trasferiment tagħha u f'dak ir-rigward, huwa rilevanti x'tip ta' allowances kienet tirċievi u fuq liema bażi l-ħaddiema kienet tirċievi dawn l-allowances b'żieda mal-paga bażika ta' kull xahar tagħha?
(1) Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-introduzzjoni ta' mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 348, 1992 p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy