24.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 19/15
Appell ippreżentat fl-10 ta' Novembru 2008 minn Alcon Inc. mis-sentenza mogħtija fl-10 ta' Settembru 2008 fil-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) fil-Kawża T-106/07, Alcon Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni)
(Kawża C-481/08 P)
(2009/C 19/26)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Alcon Inc. (rappreżentant: M. Graf, Rechtsanwalt)
Appellati: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), *Acri.Tec AG Gesellschaft für ophthalmologische Produkte
Talbiet tal-appellanti
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja:
—
tannulla s-sentenza appellata u tannulla d-deċiżjoni kkontestata
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellant isostni li s-sentenza kkontestata għadha tiġi annullata għall-aggravji segwenti:
—
Żnaturament ta' fatti u ta' provi minħabba li l-konsumaturi rilevanti huma l-konsumaturi normali. Din hija kwistjoni ta' dritt li għandha tiġi deċiża mill-Qorti tal-Ġustizzja anki meta l-argument jitqajjem inizjalment waqt is-seduta, “da mihi fact, dabo tibi ius”.
—
Żball fl-applikazzjoni u fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/90 (1) u żnaturament ta' fatti u ta' provi minħabba li, milli jidher, hija biss il-pronunzja bl-Ingliż tat-trade marks “BioVisc” u “DUOVISC” li ttieħdet inkonsiderazzjoni, u mhux il-pronunzja bil-Franċiż.
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy