24.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 19/16
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fl-10 ta' Novembru 2008 — Caja de Ahorros u Monte de Piedad de Madrid vs Asociación de Usuarios de Servicios Bancarios (Ausbanc)
(Kawża C-484/08)
(2009/C 19/28)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Caja de Ahorros u Monte de Piedad de Madrid
Konvenuta: Asociación de Usuarios de Servicios Bancarios (Ausbanc)
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 8 tad-Direttiva 93/13/KEE (1), tal-5 ta' April 1993, dwar klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru jista' jistabbilixxi, fil-liġi tiegħu u għall-benefiċċju tal-konsumatur, stħarriġ tan-natura inġusta ta' dawk il-klawżoli li l-istħarriġ tagħhom ma jaqax taħt l-Artikolu 4(2) ta' din id-direttiva?
2)
Konsegwentement, l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13/KEE, tal-5 ta' April 1993, flimkien mal-Artikolu 8 tagħha, jipprekludi lil Stat Membru milli jistabbilixxi fis-sistema legali tiegħu, u għall-benefiċċju tal-konsumatur, stħarriġ tan-natura inġusta tal-klawżoli li jirreferu għad-“definizzjoni tal-kwistjoni prinċipali tas-suġġett tal-kuntratt” jew is-“suffiċjenza tal-prezz u r-remunerazzjoni, fuq naħa waħda, kontra s-servizzi jew il-merkanzija provduti bi tpartit” għalkemm mitkuba b'mod ċar u li jinftiehem?
3)
Interpretazzjoni tal-Artikoli 8 u 4(2) ta' din id-direttiva li tippermetti lil Stat Membru stħarriġ ġudizzjarju tan-natura inġusta tal-klawżoli li jinsabu fil-kuntratti konklużi minn konsumaturi u miktuba b'mod ċar u li jinftiehem, li jiddefinixxu bħala s-suġġett prinċipali tal-kuntratt jew l-adegwazzjoni bejn il-prezz u r-remunerazzjoni, minn naħa, jew is-servizzi u l-merkanzija li jiġu pprovduti bi tpartit, hija kompatibbli mal-Artikoli 2, 3(1)9g) u 4(1) tat-Trattat KE?
(1) ĠU L 95, p. 29.
Full & Egal Universal Law Academy