21.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/26
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Innsbruck (l-Awstrija) fit-12 ta' Novembru 2008 — Zentralbetriebsrat der Landeskrankenhäuser Tirols vs Land Tirol
(Kawża C-486/08)
(2009/C 44/44)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesgericht Innsbruck
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Zentralbetriebsrat der Landeskrankenhäuser Tirols
Konvenut: Land Tirol
Domandi preliminari
1)
Huwa kompatibbli mal-Artikolu 4(1) tal-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time tas-6 ta' Ġunju 1997 li ddaħħal fis-seħħ permezz tad-Direttiva tal-15 ta' Diċembru 1997 (1) (Direttiva 97/81/KE; ĠU L 14 tal-20 ta' Jannar 1998, p. 9) li l-ħaddiema impjegati permezz ta' kuntratt irregolat bid-dritt privat minn awtorità lokali jew reġjonali jew impriża pubblika u li jaħdmu inqas minn 12-il siegħa fil-ġimgħa (30 % tal-ħin tax-xogħol normali) jiġu ttrattati b'mod inqas favorevoli minn impjegati full-time komparabbli f'dak li jikkonċerna r-remunerazzjoni, il-klassifikazzjoni, ir-rikonoxximent tal-perijodi ta' impjieg preċedenti, id-drittijiet għal-leave annwali, l-allowances speċjali, iż-żidiet għas-sahra eċċ?
2)
Il-prinċipju tal-pro-rata-temporis stipulat fl-Artikolu 4(2) ta' dan il-Ftehim Qafas għandu jiġi interpretat b'mod li jipprekludi dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali bħall-Artikolu 55(5) tal-L-VBG, li skontha meta l-ħin tax-xogħol ta' ħaddiem jinbidel, il-leave li jkun għadu ma tteħidx għandu jiġi adattat b'mod li l-ħaddiem li l-ħin tax-xogħol tiegħu jitnaqqas u li jgħaddi minn xogħol full-time għal xogħol part-time jkollu d-drittijiet tiegħu għal-leave li kiseb matul il-perijodu ta' impjieg full-time mnaqqsa jew bħala ħaddiem part-time, ma jkunx jista' jibbenefika iktar minn dan il-leave ħlief fuq il-bażi ta' allowance ta' leave imħallas ta' ammont inqas?
3)
Dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali bħall-Artikolu 1(2)(m) tal-L-VBG, li skontha l-ħaddiema li għandhom kuntratt ta' xogħol limitat għal tul massimu ta' sitt xhur, jew li jkunu impjegati biss okkażjonalment, huma ttrattati b'mod inqas favorevoli minn ħaddiema komparabbli, li għandhom kuntratt għal żmien indefinit, f'dak li jikkonċerna r-remunerazzjoni, il-klassifikazzjoni, ir-rikonoxximent tal-perijodi ta' impjieg preċedenti, id-dritt għal-leave, l-allowances speċjali u ż-żidiet għas-sahra tmur kontra l-Klawżola 4 tal-Ftehim Qafas tal-imsieħba soċjali Ewropej implementat bid-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE (2) dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU L 175 tas-17 ta' Lulju 1999, p. 43)?
4)
Hemm diskriminazzjoni indiretta minħabba s-sess, skont l-Artikolu 14(1)(ċ) tad-Direttiva dwar l-opportunitajiet indaqs tal-5 ta' Lulju 2006 (Direttiva 2006/54/KE (3), ĠU L 204 tas-26 ta' Lulju 2006) meta ħaddiema li jieħdu leave parentali għal perijodu ta' sentejn awtorizzat mil-liġi jitilfu d-drittijiet għal-leave annwali għas-sena ta' qabel it-twelid mat-tmiem tal-leave parentali u meta l-ħaddiema kkonċernati huma fil-parti l-kbira tagħhom (97 %) nisa?
(1) ĠU L 14, p. 9.
(2) ĠU L 175, p. 43.
(3) ĠU L 204, p. 23.
Full & Egal Universal Law Academy