10.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/15
Rikors ippreżentat fit-12 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-490/08)
(2009/C 6/25)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: N. Yerrell, aġent)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju
Talbiet
—
tikkonstata li billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2005 dwar ir-riassigurazzjoni u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 92/49/KEE kif ukoll id-Direttivi 98/78/KE u 2002/83/KE (1) jew, f'kull każ, billi ma kkomunikax l-imsemmija dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Renju tal-Belġju naqas mill-obbligi li għandu skont din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/68/KE skada fl-10 ta' Novembru 2007. Barra dan, fid-data ta' preżentazzjoni ta' dan ir-rikors, il-konvenut ma kienx għadu adotta l-miżuri ta' traspożizzjoni neċessarji jew, f'kull każ, il-konvenut kien għadu ma kkomunikahomx lill-Kummissjoni.
(1) ĠU L 323, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy