7.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/17
Appell ippreżentat fis-17 ta' Novembru 2008 minn Prana Haus GmbH mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tmien Awla) tas-17 ta' Settembru 2008 fil-Kawża T-226/07, Prana Haus GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-494/08 P)
(2009/C 32/26)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanta: Prana Haus GmbH (rappreżentant: N. Hebeis, Rechtsanwalt)
Parti oħra fil-kawża: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tal-appellanta
—
Tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Unjoni Ewropea tas-17 ta' Settembru 2008, Kawża T-226/07 (Prana Haus GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)).
—
Tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż.
Aggravji u argumenti prinċipali
Il-kwistjoni tirrigwarda jekk id-denominazzjoni “PRANAHAUS” għal prodotti “ġarrieri ta' kull tip għar-riproduzzjoni tal-ħoss u tal-immaġni rrekordjati; stampati” u għas-“servizzi ta' bejgħ bl-imnut […] għal prodotti ta' użu ta' kuljum” tistax tiġi rreġistrata bħala trade mark. Il-Qorti tal-Prim'Istanza ddeċidiet li “PRANAHAUS” tikkostitwixxi indikazzjoni li tkopri l-imsemmija prodotti u servizzi b'mod dirett u konkret.
Permezz ta' dan l-appell, l-appellanta tinvoka l-ksur tar-raġuni assoluta għar-reġistrazzjoni ta' indikazzjoni deskrittiva pprovduta fl-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
Ir-rikorrenti ssostni li l-Qorti tal-Prim'Istanza interpretat b'mod eċċessiv il-kunċett legali “sabiex jindikaw” li jinsab fl-Artikolu 7(1)(c) bi ksur tal-formulazzjoni ta' din id-dispożizzjoni u tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Barra minn hekk, ir-rikorrenti tikkontesta l-eżami żbaljat li twettaq dwar il-kwistjoni jekk id-denominazzjoni “PRANAHAUS” tikkostitwixxix deskrizzjoni suffiċjentement diretta jew konkreta bejn l-imsemmija prodotti u servizzi, b'mod li l-pubbliku destinatarju jara fiha “b'mod dirett jew intuwittiv”“deskrizzjoni” ta' tali prodotti u servizzi. F'dan il-kuntest, il-Qorti tal-Prim'Istanza ma kkunsidratx li hemm il-bżonn għal raġunijiet diversi u kumplessi sabiex tiġi rikonoxxuta fid-denominazzjoni “PRANAHAUS”, anki tifsira differenti. Fl-istess kuntest, barra minn hekk, ma ġewx meħuda inkunsiderazzjoni dawn il-fatti deċisivi, bil-konsegwenza li kien hemm interpretazzjoni żbaljata tal-fatti. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Prim'Istanza naqset milli timmotiva, kif kien neċessarju, safejn id-denominazzjoni “PRANAHAUS” tkun xierqa sabiex tiddeskrivi l-prodotti u s-servizzi konkreti. Fl-aħħar nett, il-Qorti tal-Prim'Istanza m'aċċettatx il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, anki jekk sostniet li hemm ħtieġa tad-disponibbiltà tad-deskrizzjoni “PRANAHAUS” għall-kompetitur
Full & Egal Universal Law Academy