16.5.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/19
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Charlottenburg fis-17 ta’ Novembru 2008 — Amiraike Berlin GmbH vs Aero Campus Cottbus Ltd.
(Kawża C-497/08)
2009/C 113/38
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Charlottenburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Amiraike Berlin GmbH
Konvenuta: Aero Campus Cottbus Ltd
Domanda preliminari
Id-dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju primarju, u b’mod partikolari, l-Artikoli 10 KE, 43 KE u 48 KE, kif ukoll il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku ta’ kull sistema legali nazzjonali tal-Istati Membri tal-Komunità, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta Stat Membru (l-ewwel Stat Membru) jirratifika d-dritt Komunitarju primarju, huwa jkun qed jammetti li, bħala prinċipju, miżura ta’ esproprjazzjoni imposta minn sistema legali tat-tieni Stat Membru għandha effett fit-territorju tiegħu, minn tal-inqas, fil-każ fejn, fl-eżerċizzju tad-dritt ta’ stabbiliment li tinvoka taħt id-dritt Komunitarju, kumpannija tad-dritt privat li tkun affettwata mill-miżura ta’ esproprjazzjoni tkun deliberatament issottomettiet ruħha għad-dritt tal-kumpanniji tat-tieni Stat Membru, li jimponi l-esproprjazzjoni, filwaqt li teżerċita attivitajiet ekonomiċi fl-ewwel Stat Membru u li tiddisponi minn assi affettwati mill-miżura ta’ esproprjazzjoni?
Full & Egal Universal Law Academy