21.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 69/17
Appell ippreżentat fit-18 ta' Novembru 2008 minn Fornaci Laterizi Danesi SpA mid-Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla) tad-9 ta' Settembru 2008 fil-Kawża T-224/08, Fornaci Laterizi Danesi SpA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-498/08 P)
(2009/C 69/31)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Appellanti: Fornaci Laterizi Danesi SpA (rappreżentanti: M. Salvi, L. de Nora, M. Manganiello, P. Rivetta, avukati)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tal-appellanti
Fornaci Laterizi Danesi SpA titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja:
—
tannulla d-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunità Ewropea (L-Ewwel Awla) tad-9 ta' Settembru 2008, mogħti fil-kawża T-224/08, innotifikat permezz ta' faks fit-12 ta' Settembru 2008 u, jekk ikun meħtieġ, tirrinvija l-kawża lill-Qorti tal-Prim'Istanza għad-deċiżjoni fil-mertu;
—
sussidjarjament, u għalhekk fil-każ li l-kawża ma tkunx irrinvijata lill-Qorti tal-Prim'Istanza, tilqa' t-talbiet magħmula mill-appellanti fil-kawża tal-ewwel grad.
—
fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrenti l-ispejjeż ta' din il-kawża.
Aggravji u argumenti prinċipali
Evalwazzjonijiet ġuridiċi żbaljati, motivazzjoni żbaljata, applikazzjoni żbaljata tal-liġi inkwistjoni, nuqqas ta' investigazzjoni (il-ħames paragrafu tal-Artikolu 230 KE, l-Artikolu 249 KE u l-Artikolu 254 KE, anki flimkien mal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali).
Full & Egal Universal Law Academy