24.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 19/17
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (id-Danimarka) fid-19 ta' Novembru 2008 — Ingeniørforeningen i Danmark f'isem Ole Andersen vs Region Syddanmark
(Kawża C-499/08)
(2009/C 19/31)
Lingwa tal-kawża: Id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Vestre Landsret.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ingeniørforeningen i Danmark f'isem Ole Andersen.
Konvenuta: Region Syddanmark.
Domanda preliminari
Il-projbizzjoni minn diskriminazzjoni diretta jew indiretta fuq il-bażi ta' età li tinsab fl-Artikoli 2 u 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi Stat Membru milli jżomm fis-seħħ sitwazzjoni ġuridika fejn min iħaddem, wara li jitkeċċa ħaddiem impjegat li kien jaħdem mal-istess kumpannija għal 12, 15 jew 18-il sena, għandu, malli jiġi tterminat l-impjieg tal-ħaddiem impjegat, iħallas ammont ekwivalenti għal xahar, xahrejn jew tliet xhur paga rispettivament, iżda li dan il-benefiċċju m'għandux jitħallas meta l-ħaddiem impjegat, meta jintemm il-kuntratt, huwa intitolat li jirċievi pensjoni tax-xjuħija minn skema ta' pensjoni li għaliha jkun ikkontribwixxa min iħaddem?
(1) ĠU L 303, p. 16.
Full & Egal Universal Law Academy