10.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/16
Rikors ippreżentat fid-19 ta' Novembru 2008 — Il-rKummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-500/08)
(2009/C 6/27)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Erlbacher u E. Vesco, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana
Talbiet
—
Tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (1) tal- 20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE, jew anki billi ma kkomunikatx tali liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva stess.
—
tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/94/KE skada fl-1 ta' Lulju 2007.
(1) ĠU L 10, p. 16.
Full & Egal Universal Law Academy