10.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/17
Rikors ippreżentat fl-20 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja
(Kawża C-503/08)
(2009/C 6/29)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Dejmek u E. Adsera Ribera, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja
Talbiet
—
tiddijara li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/56/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar mergers transkonfinali ta' kumpanniji ta' responsabbiltà limitata, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 19 ta' din id-direttiva.
—
tikkundanna lir-Renju ta' Spanja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu ta' traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/56/KE fis-sistema legali interna skada fil-15 ta' Diċembru 2007.
(1) ĠU L 310, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy