10.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/17
Rikors ippreżentat fl-20 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja
(Kawża C-504/08)
(2009/C 6/30)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Dejmek u E. Adsera Ribera, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja
Talbiet
—
tiddikjara li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji għat-traspożizzjoni tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (1) tal-1 ta' Awwissu 2006, dwar miżuri ta' implementazzjoni tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jirrigwarda d-definizzjoni tal-“persuni politikament esposti” u l-kundizzjonijiet teknici tal-applikazzjoni ta' obbligi ssemplifikati ta' viġilanza fir-rigward tal-klijentela kif ukoll tal-eżenzjoni minħabba attività finanzjarja eżerċitata okkażjonalment jew fuq livell limitat ħafna, jew, f'kull każ, billi ma kkomunikax dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 5 ta' din id-direttiva.
—
tikkundanna lir-Renju ta' Spanja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu ta' traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/70/KE fis-sistema legali interna skada fil-15 ta' Diċembru 2007.
(1) ĠU L 214, p. 29.
Full & Egal Universal Law Academy