7.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/18
Rikors ippreżentat fil-21 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
(Kawża C-509/08)
(2009/C 32/29)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Sénéchal u I. Hadjiyiannis, aġenti)
Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
Talbiet
—
tiddikjara li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta' Diċembru 2004, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-kompatibilità elettromanjetika u li tħassar id-Direttiva 89/336/KEE (1), u f'kull każ, billi ma kkomunikahomx lill-Kummissjoni, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
—
tikkundanna lill-Gran-Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/108/KE skada fl-20 ta' Jannar 2007. Issa fid-data tal-preżentata ta' dan ir-rikors, il-konvenut kien għadu ma adottax il-miżuri ta' traspożizzjoni neċessarji, jew, f'kull każ, kien għadu ma kkomunikahomx lill-Kummissjoni.
(1) ĠU L 390, p. 24.
Full & Egal Universal Law Academy