7.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/19
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-25 ta' Novembru 2008 — Verbraucherzentrale Nordrhein-Westfalen e.V. vs Handelsgesellschaft Heinrich Heine GmbH
(Kawża C-511/08)
(2009/C 32/30)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Verbraucherzentrale Nordrhein-Westfalen e.V.
Konvenuta: Handelsgesellschaft Heinrich Heine GmbH
Domanda preliminari
Id-dispożizzjonijiet tat-tieni sentenza tal-Artikolu 6(1) u tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 97/7/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta' Mejju 1997, dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi in rigward ta' kuntratti li jsiru mill-bogħod (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-ispejjeż relatati mal-kunsinna tal-prodotti jkunu sostnuti mill-konsumatur anke meta dan ikun irtira mill-kuntratt?
(1) ĠU L 144, p. 19.
Full & Egal Universal Law Academy