7.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/20
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Namur (Il-Belġju) fis-26 ta' Novembru 2008 — Atenor Group SA vs L-Istat Belġjan — SPF Finances
(Kawża C-514/08)
(2009/C 32/32)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de première instance de Namur
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Atenor Group SA
Konvenuti: L-Istat Belġjan — SPF Finances
Domanda preliminari
L-ewwel inċiż tal-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE, tat-23 ta' Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali [parent] u sussidjarji ta' Stati Membri differenti (1) tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta t-tnaqqis ta' dividendi riċevuti bħala dħul intaxxat definittivament għall-eżistenza ta' profitt taxxabbli tal-kumpannija parent?
(1) ĠU L 225, p. 6.
Full & Egal Universal Law Academy