21.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/29
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen (il-Belgju) fis-26 ta' Novembru 2008 — Proċedura kriminali kontra Vítor Manuel dos Santos Palhota, Mário de Moura Gonçalves, Fernando Luís das Neves Palhota, Termiso Lda
(Kawża C-515/08)
(2009/C 44/49)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Proċedura kriminali kontra Vítor Manuel dos Santos Palhota, Mário de Moura Gonçalves, Fernando Luís das Neves Palhota, Termiso Lda.
Domandi preliminari
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tal-liġi tal-5 ta' Marzu 2002 u tal-Artikoli 3, 4 u 5 tad-Digriet Irjali tad-29 ta' Marzu 2002 (digriet ta' eżekuzzjoni) jiksru l-Artikoli 49 KE u 50 KE, safejn dawn jimponu fuq persuni barranin li jimpjegaw li jixtiequ jikkollokaw ħaddiema l-obbligu li jibagħtu minn qabel dikjarazzjoni ta' kollokament lis-Servizz ta' Spezzjoni tal-Liġijiet Soċjali, kif ukoll li jżommu għad-dispożizzjoni tiegħu dokumenti komparabbli mal-kontijiet individwali jew in-noti tal-paga Belġjani, u minħabba dan l-aċċess tagħhom għas-suq tas-servizzi Belġjan huwa ostakolat jew minn tal-inqas imqiegħed f'diffikultà?
Full & Egal Universal Law Academy