24.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 19/19
Appell ippreżentat fil-25 ta' Novembru 2008 minn Makhteshim-Agan Holding BV, Alfa Agricultural Supplies SA, Aragonesas Agro, SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) fid-9 ta' Settembru 2008 fil-Kawża T-75/06: Bayer CropScience AG et vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-517/08 P)
(2009/C 19/34)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Makhteshim-Agan Holding BV, Alfa Agricultural Supplies SA, Aragonesas Agro, SA (rappreżentanti: C. Mereu, K. Van Maldegem, avukati)
Appellati: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Bayer CropScience AG, European Crop Protection Association (ECPA), Ir-Renju ta' Spanja
Talbiet tal-appellanti
—
tirrevoka s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza fil-Kawża T-75/06;
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/864/KE (1) tat-2 ta' Diċembru 2005 li tikkonċerna n-nuqqas ta' inklużjoni tal-endosulfan fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE (2) u l-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet mogħtija għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li għandhom din is-sustanza; jew
—
sussidjarjament, tirrinvija l-kawża lill-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex tiddeċidiha hi; u
—
tordna lill-appellati iħallsu l-ispejjeż kollha ta' dawn il-proċeduri (inklużi l-ispejjeż quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza).
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti jissottomettu li, billi ċaħdet ir-rikors tagħhom għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/864/KE tat- 2 ta' Diċembru 2005 li tikkonċerna n-nuuqas ta' inklużjoni tal-endosulfan fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u l-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet mogħtija għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li għandhom din is-sustanza, il-Qorti tal-Prim'Istanza kisret id-dritt Komunitarju. B'mod partikolari, l-appellanti jsostnu li l-Qorti tal-Prim'Istanza kkommetiet numru ta' żbalji fl-interpretazzjoni tagħha tal-fatti u tal-qafas legali kif applikabbli għas-sitwazzjoni tal-appellanti. Dan wassal sabiex hija għamlet diversi żbalji ta' liġi, partikolarment:
(i)
billi naqqset li tikkonstata li l-appellanti tpoġġew f'pożizzjoni ta' force majeure bl-aġir tal-awtoritajiet kompetenti b'tali mod li n-nuqqas tal-awtoritajiet kompetenti li jiddiferixxu t-termini proċedurali kien żball manifest ta' evalwazzjoni; u
(ii)
billi ddeċidiet li d-drittijiet legali u proċedurali tal-appellanti ma kinux ġew miksura.
(1) ĠU L 317, p. 25.
(2) Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ĠU L 230, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy