7.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/7
Appell ippreżentat fis-27 ta' Novembru 2008 minn HUP Uslugi Polska sp. z o.o. (li qabel kienet HP Temporärpersonalgesellschaft mbH) mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) mogħtija fl-24 ta' Settembru 2008 fil-Kawża T-248/05, HUP Uslugi Polska sp. z o.o. (li qabel kienet HP Temporärpersonalgesellschaft mbH) vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), Manpower, Inc
(Kawża C-520/08 P)
(2009/C 55/10)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Appellanti: HUP Uslugi Polska sp. z o.o. (li qabel kienet HP Temporärpersonalgesellschaft mbH) (rappreżentant: M. Ciresa, Rechtsanwalt)
Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), Manpower, Inc
Talbiet
L-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex:
—
tannulla s-sentenza appellata
—
tikkundanna l-UASI għall-ispejjeż
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti ssostni li s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tikser l-Artikoli 51(1)(a) flimkien mal-Artikoli 7(1)(b), 7(1)(c), 7(1)(d) u 7(1)(g) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja.
Full & Egal Universal Law Academy