7.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/21
Rikors ippreżentat fis-27 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda
(Kawża C-521/08)
(2009/C 32/35)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Støvlbæk u A.A. Gilly, aġenti)
Konvenuta: L-Irlanda
Talbiet
—
tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/36/KE, tas-7 ta' Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta' Kwalifiki Professjonali (1), jew, f'kull każ, billi naqset milli tikkomunikhom lill-Kummissjoni, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva;
—
tikkundanna lill-Irlanda għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu li fih kellha tiġi trasposta d-direttiva skada fl-20 ta' Ottubru 2007.
(1) ĠU L 255, p. 22.
Full & Egal Universal Law Academy