7.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-2 ta' Diċembru 2008 — Sylvia Bienek vs Condor Flugdienst GmbH
(Kawża C-525/08)
(2009/C 55/11)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sylvia Bienek
Konvenuta: Condor Flugdienst GmbH
Domandi preliminari
1)
Il-bidla fir-reżervazzjoni għal titjira oħra hija sitwazzjoni koperta mill-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta' Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew demien twil ta' titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1)?
2)
Fil-każ ta' risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:
Din id-dispożizzjoni tapplika wkoll għal bidla fir-reżervazzjoni meta din il-bidla ma tkunx ikkawżata mit-trasportatur tal-ajru iżda esklużivament mill-organizzatur tal-vjaġġ?
(1) ĠU L 46, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy