24.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 19/20
Rikors ippreżentat fit-28 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq
(Kawża C-527/08)
(2009/C 19/37)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: K. Simonsson, A.A. Gilly, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq
Talbiet tar-rikorrent lill-Qorti tal-Ġustizzja
—
tiddikjara illi, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2005/65/KE (1) tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005, dwar it-titjib tas-sigurtà fil-portijiet, jew f'kull każ, billi ma nnotifikax lill-Kummissjoni l-imsemmija dispożizzjonijiet, ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva
—
tikkundanna lir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu stabbilit għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fil-15 ta' Lulju 2007.
(1) ĠU L 310, p. 28.
Full & Egal Universal Law Academy