21.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/32
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshofs (Il-Ġermanja) fit-2 ta' Diċembru 2008 — Friedrich Schulze, Jochen Kolenda, Helmar Rendenz vs Deutsche Lufthansa AG
(Kawża C-529/08)
(2009/C 44/52)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Friedrich Schulze, Jochen Kolenda, Helmar Rendenz
Konvenuta: Deutsche Lufthansa AG
Domandi preliminari
1)
Jista' difett tekniku, li jikkawża kanċellazzjoni, jitqies bħala ċirkostanza staordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta' Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1)?
2)
Fil-każ ta' risposta affermattiva: il-kunċett ta' ċirkostanza straordinarja, taħt forma ta' difett tekniku, jinkludi wkoll dawk in-nuqqasijiet li jaffettwaw in- navigabbiltà (“airworthiness”) tal-ajruplan jew is-sigurtà tat-titjira?
3)
It-trasportatur tal-ajru li jopera jkun ħa kull miżura raġonevoli meta jkun ikkonforma ruħu mal-programm ta' tiswija u manutenzjoni tal-manifattur għall-ajruplan inkwistjoni, kif ukoll mar-regoli u l-istruzzjonijiet ta' sigurtà stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti jew mill-manifattur, jew meta d-difett ma setax jiġi evitat anki li kieku t-trasportatur osserva kemm dan il-programm, kif ukoll dawn l-istruzzjonijiet?
4)
Fil-każ ta' risposta affermattiva għat-tielet domanda: dan huwa biżżejjed sabiex it-trasportatur tal-ajru jinħeles mill-obbligu ta' kumpens, jew għandu jiġi ppruvat ukoll li l-kanċellazzjoni, jiġifieri l-fatt li l-ajruplan inkwistjoni ma operax u l-kanċellazzjoni tat-titjira minħabba nuqqas ta' ajruplan ieħor sabiex jissosstitwixxih, lanqas ma setgħet tiġi evitata li kieku ttieħdu l-miżuri raġonevoli kollha?
(1) ĠU L 46, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy