24.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 19/21
Rikors ippreżentat fit-2 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Ungerija
(Kawża C-530/08)
(2009/C 19/38)
Lingwa tal-kawża: L-Ungeriż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Støvlbæk u B. Béres, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Ungerija
Talbiet
—
tiddikjara li, billi ma daħħlitx fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta' Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta' Kwalifiki Professjonali (1), jew, f'kull każ, billi ma kkomunikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Ungerija għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu ta' traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/36 fis-sistema legali interna skada fl-20 ta' Ottubru 2007.
(1) ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.
Full & Egal Universal Law Academy