7.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/22
Rikors ippreżentat fit-2 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda
(Kawża C-532/08)
(2009/C 32/37)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Dejmek, A.A. Gilly, Aġenti)
Konvenuta: L-Irlanda
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiddikjara illi, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2005/60/KE (1) tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005, dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, jew f'kull każ, billi ma nnotifikathomx lill-Kummissjoni, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva;
—
tikkundanna lill-Irlanda għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu stabbilit għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fil-15 ta' Diċembru 2007.
(1) ĠU L 309, p. 15.
Full & Egal Universal Law Academy