21.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/33
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederland (l-Olanda) fit-3 ta' Diċembru 2008 — KLG Europe Eersel BV vs Reedereikontor Adolf Zeuner GmbH
(Kawża C-534/08)
(2009/C 44/54)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederland (l-Olanda)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: KLG Europe Eersel BV
Konvenuta: Reedereikontor Adolf Zeuner GmbH
Domandi preliminari
1)
Id-diċitura “bejn l-istess partijiet” fl-Artikolu 34(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta' Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (1), tirreferi għar-regoli dwar il-portata soġġettiva tal-effettività tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji tal-Istati Membri kkonċernati jew,l-awturi tar-regolament riedu jippreċiżaw permezz ta' din id-diċitura, b'mod awtonomu għar-regolament innifsu, l-portata soġġettiva tal-effettività tad-deċiżjonijiet kompetittivi?
2)
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija li, permezz tat-terminu “bejn l-istess partijiet”, l-awturi tar-regolament riedu jippreċiżaw, b'mod awtonomu għar-regolament innifsu, l-portata soġġettiva tal-effettività tad-deċiżjonijiet kompetittivi, jeħtieġ għaldaqstant li
(i)
din id-diċitura fl-Artikolu 34(1) tar-Regolament Nru 44/2001 għandha tiġi interpretatata billi ssir referenza għall-interpretazzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tat, fis-sentenza Drouot (sentenza tad-19 ta' Mejju 1998, Drouot assurances (C-351/96, Ġabra 1998 p. I-3075)), għad-diċitura “bejn l-istess partijiet” fis-sens tal-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni ta' Brussell, li sar l-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 44/2001 u
(ii)
K-Line għandha titqies, li kienet parti fil-proċedura ta' Rotterdam iżda mhux fil-proċedura ta' Dusseldorf, minħabba ċ-ċessjoni u l-mandat, bħala “l-istess parti” bħal Zeuner, li kienet parti fil-proċedura ta' Dusseldorf iżda mhux fil-proċedura ta' Rotterdam?
3)
Sabiex il-motiv għal rifjut ibbażat fuq l-Artikolu 34(3) tar-Regolament Nru 44/2001 ikun jista' jirnexxi, jeħtieġ li
(i)
id-deċiżjoni mogħtija fl-Istat Membru li fih ġie mfittex ir-rikonoxximent tkun saret res judicata?
(ii)
id-deċiżjoni mogħtija fl-Istat Membru li fih ġie mfittex ir-rikonoxximent tippreċedi l-preżentazzjoni tar-rikors għal eżekuzzjoni jew l-għoti tal-ordni ta' eżekuzzjoni?
(1) ĠU 2001, L 12, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy