7.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/22
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia (l-Italja) fit-3 ta' Diċembru 2008 — Maria Catena Rita Pignataro vs Ufficio Centrale Circoscrizionale c/o Tribunale di Catania et
(Kawża C-535/08)
(2009/C 32/38)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Maria Catena Rita Pignataro
Konvenut: Ufficio Centrale Circoscrizionale c/o Tribunale di Catania et
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 6 tat-Trattat UE, l-Artikolu 3 tal-ewwel Protokoll addizzjonali tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, eżegwibbli permezz tal-Liġi Nru 848 tal-1955, l-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 4 tal-Konvenzjoni Ewropea tal-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fondamentali u l-Artikolu 25 tal-Ftehim Internazzjonali tad-Drittijiet Ċivili u Politiċi, eżegwibbli permezz tal-Liġi Nru 881 tal-1977, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma kompatibbli jew le mal-leġiżlazzjoni reġjonali inkluża fl-Artikolu 1C, fil-punt (c) tat-tlettax-il paragrafu tal-Artikolu 14A, fil-punt (d) tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 15, fil-punt (a) tas-seba' paragrafu tal-Artikolu 16A, fil-punti (b) u (c) tar-raba' paragrafu tal-Artikolu 17B tal-L.R Nru 29 tal-1951, li jeskludu l-eliġibbiltà taċ-ċittadini li ma jkunux jirrisjedu fi Sqallija meta ssir il-preżentata tal-kandidaturi għall-parteċipazzjoni fl-elezzjoni tal-Assemblea Regionale Siciliana?
2)
L-Artikoli 17 KE u 18 KE (oriġinarjament l-Artikolu 8 A tat-Trattat KE) jipprekludu leġiżlazzjoni reġjonali (bħal dik deskritta fil-punt 3.1) jew huma kompatibbli magħha?
Full & Egal Universal Law Academy