21.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/35
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der nederlanden (l-Olanda) fl-4 ta' Diċembru 2008 — Staatssecretaris van Financiën vs Fiscale eenheid Facet BV/Facet Trading BV
(Kawża C-539/08)
(2009/C 44/57)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën
Konvenut: Fiscale eenheid Facet BV/Facet Trading BV
Domandi preliminari
L-Artikolu 17(2) u (3) u l-Artikolu 28b(A)(2) tas-Sitt Direttiva (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li, jekk il-post fejn iseħħ akkwist intraKomunitarju huwa meqjus li huwa parti mit-territorju tal-Istat Membru li ħareġ in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT, li taħtu l-akkwirent għamel l-akkwist, fuq il-bażi tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28b(A)(2), l-imsemmi akkwirent li qed jakkwista l-oġġetti għandu d-dritt li jnaqqas immedjatament il-VAT hekk dovuta f'dak l-Istat Membru?
(1) Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill [77/388/KEE], tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy