21.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 69/18
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fl-4 ta' Diċembru 2008 — Mediaprint Zeitungs- und Zeitschriftenverlag GmbH & Co. KG vs “Österreich”-Zeitungsverlag GmbH
(Kawża C-540/08)
(2009/C 69/33)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Mediaprint Zeitungs- und Zeitschriftenverlag GmbH & Co. KG
Konvenuta:“Österreich”-Zeitungsverlag GmbH
Domandi preliminari
1)
Dispożizzjoni nazzjonali li tipprojbixxi, bl-esklużjoni ta' eċċezzjonijiet elenkati b'mod eżawrjenti, l-avviż, l-offerta jew l-għoti ta' vantaġġi mingħajr ħlas f'perjodiċi kif ukoll l-avviż ta' vantaġġi mingħajr ħlas assoċjati ma prodotti jew servizzi oħra, mingħajr l-obbligu li jiġi vverifikat każ b'każ il-karattru qarrieqi, agressiv jew żleali ta' tali prattika kummerċjali, tikser l-Artikoli 3(1) u 5(5) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/29/KE tal-11 ta' Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”) (1) jew dispożizzjonijiet oħra tal-istess direttiva, anki meta d-dispożizzjoni nazzjonali inkwistjoni għandha bħala skop mhux biss il-protezzjoni tal-konsumaturi, iżda anki għanijiet oħra li ma jidħlux fil-kamp ta' applikazzjoni materjali tal-imsemmija direttiva, bħal pereżempju, iż-żamma tal-pluraliżmu tal-istampa jew il-protezzjoni tal-kompetituri iktar dgħajfa?
2)
F'każ ta' risposta fil-pożittiv għall-ewwel domanda,
il-possibbiltà ta' parteċipazzjoni f'kompetizzjoni b'rigal, marbuta mal-akkwist ta' ġurnal, hija prattika kummerċjali żleali skont l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali, minħabba l-fatt biss li din il-possibbiltà ta' parteċipazzjoni f'logħba tirrappreżenta, għall-inqas għal parti mill-pubbliku kkonċernat, għalkemm mhux l-uniku motiv, iżda ċertament il-motiv determinanti li jwassalhom sabiex jixtru l-ġurnal?
(1) ĠU L 149, p. 22.
Full & Egal Universal Law Academy