18.4.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 90/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fl-4 ta’ Diċembru 2008 – Friedrich G. Barth vs Bundesministerium für Wissenschaft und Forschung
(Kawża C-542/08)
2009/C 90/10
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Friedrich G. Barth
Konvenut: Bundesministerium für Wissenschaft und Forschung
Domandi preliminari
1)
L-applikazzjoni ta’ regola ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin għal allowances speċjali ta’ anzjanità li, f’każ bħal dak fil-kawża prinċipali, ħaddiem emigrant, qabel is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tat-30 ta’ Settembru 2003, Köbler (C-224/01, Ġabra p. I-10239), ġie miċħud minnha minħabba sitwazzjoni legali nazzjonali li hija inkompatibbli mad-dritt Komunitarju, tikkostitwixxi diskriminazzjoni indiretta kontra l-ħaddiema migranti fis-sens tal-Artikolu 39 KE u tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KKE) Nru 1612/68, jew restrizzjoni għall-moviment liberu tal-ħaddiema ggarantit f’dawn id-dispożizzjonijiet?
2)
Fil-każ ta’ risposta pożittiva għall-ewwel domanda: l-Artikolu 39 KE u l-Artikolu 7(1) , tar-Regolament (KKE) Nru 1612/68, jipprekludu, f’każ bħal dak fil-kawża prinċipali, l-applikazzjoni ta’ regola ta’ preskrizzjoni għal allowances speċjali ta’ anzjanità li ħaddiem migrant, qabel is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tat-30 ta’ Settembru 2003, Köbler (C-224/01, Ġabra p. I-10239), ġie miċħud minnha minħabba sitwazzjoni legali nazzjonali li hija inkompatibbli mad-dritt Komunitarju?
3)
Il-prinċipju ta’ effettività jipprojbixxi, f’ċirkustanzi simili għal dawk fil-kawża prinċipali, l-applikazzjoni ta’ regola ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin sabiex jiġu invokati d-drittijiet għall-allowance speċjali ta’ anzjanità li jirrigwardaw il-passat u li l-benefiċjarji potenzjali ġew miċħuda minnha bi ksur tad-dritt Komunitarju, minħabba dispożizzjonijiet ġuridiċi ta’ dritt nazzjonali fformulati b’mod ċar?
Full & Egal Universal Law Academy