7.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/22
Rikors ippreżentat fid-9 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Iżvezja
(Kawża C-546/08)
(2009/C 32/39)
Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Dejmek u M. Sundén, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Iżvezja
Talbiet
—
Tikkonstata li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta' Ottubru 2005 (1), dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu jew, f'kull każ, billi ma kkomunikahomx lill-Kummissjoni, ir-Renju tal-Iżvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Renju tal-Iżvezja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fil-15 ta' Diċembru 2007.
(1) ĠU L 309, p. 15.
Full & Egal Universal Law Academy