7.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/23
Rikors ippreżentat fid-9 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Iżvezja
(Kawża C-547/08)
(2009/C 32/40)
Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Dejmek u M. Sundén, aġenti)
Konvenuta: Ir-Renju tal-Iżvezja
Talbiet
—
tikkonstata li, billi naqas milli jadotta il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE, tal-1 ta' Awwissu 2006 (1), li tintroduċi miżuri ta' implementazzjoni għad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-definizzjoni ta' “persuni esposti politikament” u l-kriterji tekniċi għall-proċeduri ta' diliġenza dovuta simplifikata mal-klijent u għall-eżenzjoni mill attività finanzjarja fuq bażi okkażjonali jew limitata ħafna, jew, f'kull każ, billi naqas milli jinnotifika lill-Kummissjoni, ir-Renju tal-Iżvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Renju tal-Iżvezja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fil-15 ta' Diċembru 2007.
(1) ĠU L 214, p. 29.
Full & Egal Universal Law Academy