7.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/23
Rikors ippreżentat fid-9 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Iżveżja
(Kawża C-548/08)
(2009/C 32/41)
Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Stølvbæk u U. Jonsson, bħala aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Iżveżja
Talbiet
—
tiddikjara li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 (1) dwar ir-Rikonoxximent ta' Kwalifiki Professjonali jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikahomx lill-Kummissjoni, ir-Renju tal-Iżveżja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Renju tal-Iżveżja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fl-20 ta' Ottubru 2007.
(1) ĠU L 255, p. 22.
Full & Egal Universal Law Academy