7.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/9
Rikors ippreżentat fl-10 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs l-Irlanda
(Kawża C-549/08)
(2009/C 55/14)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Dejmek, A.A. Gilly, aġenti)
Konvenuta: L-Irlanda
Talbiet
—
tikkonstata li billi naqset milli tadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (1), tal-1 ta' Awwissu 2006, dwar miżuri ta' implementazzjoni tad-Direttiva 2005/60/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jirrigwarda d-definizzjoni tal-persuni politikament esposti u l-kundizzjonijiet tekniċi tal-applikazzjoni ta' obbligi ssemplifikati ta' viġilanza fir-rigward tal-klijentela kif ukoll tal-eżenzjoni minħabba attività finanzjarja eżerċitata okkażjonalment jew fuq livell limitat ħafna, jew, f'kull każ, billi ma nnotifikatx lill-Kummissjoni b'dawn id-dispożizzjonijiet, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-direttiva;
—
tikkundanna lill-Irlanda għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu ta' traspożizzjoni tad-Direttiva skada fil-15 ta' Diċembru 2007
(1) ĠU L 214, p. 29.
(2) ĠU L 309, p. 15.
Full & Egal Universal Law Academy