7.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/9
Rikors ippreżentat fil-11 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-551/08)
(2009/C 55/15)
Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: N. Yerrell u M. Kaduczak, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja
Talbiet
—
tikkonstata li billi naqset milli tadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji għall-implementazzjoni tad-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2005 dwar ir-riassigurazzjoni u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239KEE u 92/49/KEE kif ukoll id-Direttivi 98/78/KE u 2002/83/KE (1) u, fi kwalunkwe każ, billi ma nnotifikathomx lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Polonja naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 64 tal-istess direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/68/KE skada fl-10 ta' Diċembru 2007.
(1) ĠU L 323, 9.12.2005, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy