21.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/36
Rikors ippreżentat fis-16 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq
(Kawża C-556/08)
(2009/C 44/60)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Støvlbæk u A.A. Gilly, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiddikjara li, billi ma adottax il-liġijiet, regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jiggarantixxi l-implimentazzjoni sħiħa tad-Direttiva 2005/36/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta' Kwalifiki Professjonali, jew, f'kull każ billi naqas milli jinnotifikhom lill-Kummissjoni, ir-Renju Unit naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont din id-direttiva.
—
tikkundanna lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu ta' traspożizzjoni tad-direttiva skada fis-27 ta' Ottubru 2007.
(1) ĠU L 255, p. 22.
Full & Egal Universal Law Academy