21.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/36
Rikors imressaq fis-16 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq
(Kawża C-557/08)
(2009/C 44/61)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Lonzano Palacios u A.A. Gilly, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiddikjara li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruhu mad-Direttiva 2005/35/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta' Settembru 2005, dwar it-tniġġiż ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta' sanzjonijiet għal ksur, jew f'kull każ billi naqas milli jikkomunika dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Renju Unit naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
—
tikkundanna lir-Renju Unit għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-perijodu li fih kellha tiġi trasposta d-direttiva skada fl-1 ta' April 2007.
(1) ĠU L 255, p. 11.
Full & Egal Universal Law Academy