21.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 69/21
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo de Granada (Spanja) fit-18 ta' Diċembru 2008 — Carlos Sáez Sánchez u Patricia Rueda Vargas vs Junta de Andalucía u Manuel Jalón Morente et
(Kawża C-563/08)
(2009/C 69/37)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado Contencioso-Administrativo de Granada.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Carlos Sáez Sánchez u Patricia Rueda Vargas
Konvenuti: Junta de Andalucía u Manuel Jalón Morente et
Domanda preliminari
L-Artikoli 2.3 u 2.4 tal-Liġi Statali 16/1997 tal-25 ta' April 1997, li tirregola s-servizzi tal-ispiżeriji, sa fejn jistabbilixxu limiti territorjali u demografiċi għall-ftuħ ta' spiżeriji, jiksru l-Artikolu 43 KE, sa fejn jistabbilixxu sistema tal-limitazzjoni tan-numru ta' spiżeriji sproporzjonat, u kontroproduttiv, fid-dawl tal-għan ta' provvista tajba ta' mediċini tat-territorju inkwistjoni?
Full & Egal Universal Law Academy